Għal darba oħra l-Maltin u l-Għawdxin żammew l-appuntament tagħhom f’ġurnata xemxija sabiex jiċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp.
Follol ta’ nies inġabru r-Rabat sabiex jiċċelebraw l-patrun tar-Rabtin f’quddies solenni, mmexxija mill-Arċisqof Monsinjur Charles Scicluna.
F’quddiesa kantata u ċċelebrata, l-Arċisqof fakkar il-ħajja ta’ San Ġużepp, mastrudaxxa li kien jaħdem fil-belt ċkejkna ta’ Nazzaret. Fejn iddeskriva lil San Ġużepp bħala raġel ġust li jifhem, imexxi u jgħix il-kelma tal-Mulej….raġel li kien mħeġġeġ ma jibżax.
Fl-omelija li wassal, l-Arċisqof spjega kif din il-kelma għandha bżonnha d-dinja kollha, dinja li hija mhedda bil-kambjament tal-egoiżmu tal-bniedem u l-effetti tiegħu. Huwa għalhekk, li bħalma qal lil Ġużeppi, il-Mulej jgħid lilna ukoll sabiex ma nibżgħux u biex nilqgħu lil kull proxxmu li jiġi fostna.
Intant huwa tenna illi l-kultura inklussiva fi ħdan id-dinja hija l-mediċina għal vjolenza u l-arroganza li sfortunatament qed jesperjenzaw l-Ukrajna, il-Palestina u l-Israel. Fejn huwa appella għall-ġustizzja, l-paċi u solidarjetà f’dawn il-pajjiżi.
Il-festa ta’ San Ġużepp tilħaq il-qofol tagħha t-Tlieta filgħaxija fejn bħal kull sena se ssir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp.
Fejn mill-Erbgħa, il-Knisja ddedikata lil San Ġużepp se tkun qed tbiddel l-atmosfera festiva u tipprepara ruħha għat-tifkira ta’ Jum il-Ġimgħa l-Kbira li din is-sena se tkun iċċelebrata fid-29 ta’ Marzu.
Preżenti għal din il-festa kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, l-Kap tal-PN Bernard Grech flimkien mas-sinjura tiegħu Anne Marie, il-President tal-Parlamet Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, ma’ numru ta’ deputati Nazzjonalista, kunsilliera u kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’isem il-PN.
Sussegwentament, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel żjara fil-Każin tal-Banda ta’ Isle Adam fir-Rabat.
//= $special ?>