L-awtoritajiet fil-belt ta’ Belgorod ikkonfermaw li madwar 9,000 tfal – subien u bniet — se jkunu evakwati mill-inħawi li, fl-aħħar jiem, spiċċaw mira għal sensiela ta’ bumbardamenti u attakki bid-drones.
L-istess awtoritajiet qegħdin iwaħħlu l-azzjonijiet fuq l-Ukrajna u meta fir-reġjun hemm ukoll il-gruppi ta’ paramilitari Russi li qegħdin jiġġieldu biex iwaqqgħu ir-reġim tal-President tar-Russja, Vladimir Putin.
Il-belt ta’ Belgorod tinsab viċin ħafna l-fruntiera tal-Ukrajna u l-Gvernatur,
Vyacheslav Gladkov, qal li numru ta’ tfal spiċċaw midruba waqt l-aħħar attakki. Fil-fatt, l-inħawi ta’ Belgorod sofrew numru ta’ attakki fuq diversi jiem u li skont l-awtoritjiet lokali kienu ssarrfu fl-għexieren tal-mejtin u midruba.
L-istudenti f’Belgorod qed ikunu projbiti milli jattendu l-iskola – bil-kumplessi kummerċjali jibqgħu magħluqin fost l-inċertezza, L-ewwel grupp ta’ 1,200 tfal se jkunu evakwati minn din il-belt nhar il-Ġimgħa – bid-direttivi għall-evakwazzjoni qed tkopri numru ta’ villaġġi fil-madwar ta’ Belgorod u f’zoni oħrajn tar-reġjun.
//= $special ?>

