Tlett persuni kellhom jittieħdu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kmieni t-Tlieta waranofsinhar allegatament seħħ argument bejn numru ta’ persuni fi Triq il-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa.
Żagħżugħ ta’ 26 sena u raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien flimkien ukoll ma’ raġel ta’ 50 sena residenti il-Fgura, ittieħdu l-Isptar kawża ta’ ġrieħi li sofrew waqt argument li seħħ bejn tal-inqas 6 persuni.
Fil-post minnufih ġew imsejħa ta’ uffiċjali tal-Pulizija flimkien ukoll ma’ żewġ ambulanzi.
Xhieda fil-post spjegaw ma’ Net News il-kommossjoni enormi nqalgħet, fil-Każin tal-Partit Laburista – bl-argument jiżviluppa anke lil’hinn miċ-ċentru politiku ftit metri ‘l bogħod dlonk it-triq. Bil-pulizija għadha qed tkellem numru ta’ persuni sabiex jgħinu fil-każ.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejin.