“Hu qatt ma kien ta’ ġewwa fil-Partit… he was always an outsider, qatt ma jiddejjaq jgħid li għandu jgħid… hu ried ikun indipendenti finanzjarjament biex hu qatt ma jkun kompromess.”
Hekk sostna iben il-President tar-Repubblika dwar missieru fil-ktieb il-ġdid li ppublikà l-Professur Andrew Azzzopardi, ‘George Vella – Il-President li għandu ħafna xi jgħid’. Din il-pubblikazzjoni hija magħmulha min taħlita ta’ kummentraju minn uħud li b’xi mod jew ieħor matul is-snin, f’ċirkustanzi varji kellhom x’jaqsmu mal-President George Vella. Analiżi li b’mod jew ieħor toħroġ l-karattru u l-valuri ta’ dan it-tabib Żejtuni li spiċċa President tar-Repubblika
Jissemmew ukoll episodji koroħ fl-istorja ta’ pajjiżna, kif ukoll mill-ħajja tal-President George Vella. Fosthom t-traċedja ta Karen Grech – “…mal-bomba ta’ Karin Grech seta’ kien hemm waħda wkoll ġejja għandna, jew għand oħrajn, għax il-papà kien strike breaker.”, sostnew ulied il-President, fejn ħarġu fil-beraħ ir-reżiljenza ta’ missierhom u sostnew li qatt ma kien bniedem li jemmen fil-vjolenza, u kemm il-darba kien voċiferu u kritika bis-saħħa ċertu problemi li kienu preżenti fil-Partit Laburista fi żmienjiet tant suwed għall-pajjiżna.
F’din il-pubblikazzjoni jitqajjem ukoll il-fatt li George Vella kellu fost l-aktar Presidenzi turbolenti minn meta sirna Repubblika, speċjalment fejn jidħlu deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu u li xprunaw il-Kostituzzjoni – l-istess Kostituzzjoni li skont il-Professur Tonio Borg, George Vella jemmen fiha u fl-importanza tagħha biex tissalvagwardja l-pajjiż tagħna.
//= $special ?>