Futbol Sport

Lukaku barra għal logħba kontra l-Irlanda

(Ritratt: EPA)

Romelu Lukaku se jitlef il-partita ta’ ħbiberija tal-Belġju fl-Irlanda fi tmiem il-ġimgħa minħabba problema fil-groin. Lukaku tilef partita tal-Europa League nhar il-Ħamis li għadda minħabba injury rikorrenti fil-ġenbejn, imbagħad lagħab 85 minuta nhar il-Ħadd fir-rebħa ta’ Roma 1-0 kontra Sassuolo fis-Serie A.

Kelliem għat-tim Belġjan qal li Lukaku ma kienx tajjeb biex jiffaċċja l-Irlanda nhar is-Sibt. Din hi logħba ta’ ħbiberija bi preparazzjoni għall-Euro 2024, u t-Tlieta ta’ wara l-Belġju se jilgħab logħba oħra kontra l-Ingilterra.

Lukaku ħalla l-kamp ta’ taħriġ tal-Belġju iżda se jivvjaġġa xorta waħda mat-tim lejn l-Irlanda u l-Ingilterra. Għadu mhux ċert jekk Lukaku jistax jilgħab f’Wembley kontra l-Ingilterra jekk jirkupra fil-ħin.