Mara ta’ 51 sena residenti Birżebbuġa ntlaqtet minn karozza tal-għamla Fiat 500 misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar fi Triq il-Port Ħieles, Birżebbuġa, fejn isejjaħ tim mediku u ambulanza fil-post u ħadu lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hi ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejin.
//= $special ?>