Lokali Qorti

Ser jitressaq il-Qorti wara li seraq muniti storiċi mill-Mużew Marittimu

Raġel ta’ 26 sena residenti Bormla ser jkun qed jitressaq il-Qorti, wara li ilbieraħ għall-ħabta tas-2pm il-puluzija irċeviet rapport li żewġ midalji storiċi tad-deheb, li flimkien għandhom valur stmat ta’ €400,000 kienu ġew misruqa mill-Mużew Marittimu ta’ Malta li jnsab fi Triq l-Assedju l-Kbir, l-Birgu.

Immedjatament, bdew investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija li wasslu sabiex madwar sagħtejn wara jiġi arrestat l-allegat ħalliel. Minn tfittxija li saret fuqu nstabu l-affarijiet irrappurtati misruqa. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco li ħatret inkjetsa. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta ta’ 10am quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea