Il-plejer internazzjonali Malti Teddy Teuma mhux se jkun jista’ jilgħab il-logħbiet ta’ ħbiberija ta’ Malta minħabba li ma rkuprax minn injury.
Teuma li jilgħab f’Ligue 1 ma’ Reims, weġġa’ l-pexxul fil-logħba li Reims kellhom kontra Paris Saint Germain nhar l-10 ta’ Marzu. Teddy Teuma kien imsejjaħ fl-iskwadra nazzjonali mill-kowċ Michele Marcolini, iżda issa kellu jirtira mill-iskwadra peress li ma rkuprax minn din l-injury.
Mingħajr dubju li din hi daqqa ta’ ħarta għal Malta li se tilgħab dawn iż-żewġ logħbiet ta’ ħbiberija mingħajr wieħed mill-aħjar elementi tagħha.
Intant fl-iskwadra Marcolini ma sejjaħx ukoll lil Jodi Jones li jilgħab fl-Ingilterra ma’ Notts County, fejn magħhom hu skorja ħames goals f’dan l-istaġun. Jones ma kienx imsejjaħ biex ikun jista’ jibqa’ mas-sieħba tiegħu li qiegħda tistenna tarbija.
Malta se tilgaħb żewġ logħbiet ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, fejn għada l-Ħamis Malta tilgħab kontra s-Slovenja u t-Tlieta 26 ta’ Marzu Malta tilgħab kontra l-Belarus.
Minbarra l-impenji tat-tim nazzjonali Malti A, fil-jim li ġejjin se jkunu fl-azzjoni kemm it-tim ta’ taħt il-21 sena, kif ukoll dak ta’ taħt id-19-il sena.
It-tim ta’ taħt il-21 sena immexxi minn Ivan Woods se jkun impenjat f’żewġ logħbiet, fejn għada t-tim Malti jkollu mpenn diffiċli barra minn xtutna kontra l-Belġju, logħba ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat tal-Ewropa. It-Tnejn it-tim Malti jkollu logħba ta’ ħbiberija kontra s-Slovakkja fit-Tony Bezzina Stadium.
It-tim ta’ taħt id-19-il sena għandu żewġ logħbiet ta’ ħbiberija f’Ta’ Qali, it-tnejn kontra l-Albainja, illum u nhar il-Ġimgħa 22 tax-xahar
//= $special ?>