Sport Sport Ieħor

Ċess: Jacob Zammit jirbaħ l-ewwel stadju tal-Kampjonat Nazzjonali

Jacob Zammit ta’ 19-il sena, huwa r-rebbieħ tal-Preliminarji, l-ewwel stadju tal-Kampjonat Nazzjonali taċ-ċess . Huwa beda l-Kampjonat fis-7 post, b’5 rebħiet u żewġ draws, għal total ta’ 6 punti. Fit-tieni post, Steve Mizzi b’5½ punti u bl-istess punteġġ, Alex Farrugia temm fit-tielet post b’4 rebħiet u 3 draws. Erba’ plejers temmew b’5 punti biex akkwistaw mir-4 sas-7 post. Karl Saliba bi tliet rebħiet u erba’ draws filwaqt li s-sorpriża tal-Kampjonat kienet Martina Portelli li rebħet 4 logħbiet, kisbet 2 draws u telfa waħda fl-aħħar round fejn kienet il-plejer li l-iktar akkwistat rating points fil-kompetizzjoni.

Il-favorit Krishnan Muthukumar, kiseb is-6 post fuq 5 punti, filwaqt li z-żagħżugħ Andrei Dobbin temm fis-7 post wara li kiseb 4 punti fl-aħħar 5 logħbiet. Fl-aħħar żewġ logħbiet, iktar minn nofs il-parteċipanti kellhom iċ-ċans li jikkwalifikaw (l-ewwel 10 fil-klassifika jgħaddu għall-Kandidati).

Dawn l-unuri nkisbu minn Isaac Grima Bongailas, Ian Refalo u Claude Licari. Grima Bongailas, l-iżgħar parteċipant li kkwalifika fl-età ta’ 13-il sena, kiseb 4½ punti permezz ta’ 4 rebħiet u draw. Andrea Abela, għad li akkwista 4½, ma rnexxilux jikkwalifika minħabba riżultat ta’ tie-break inferjuri.

F’dan il-Kampjonat, total ta’ 28 plejer ħadu sehem, 11 minnhom kienu bla rating. L-aqwa unrated plejer kienet Ella Miceli-Farrugia, li akkwistat 4 punti, flimkien ma’ Matthew Portelli, Marco Grech u Thomas Falzon. Dawn il-plejers, flimkien ma’ 4 oħra, irnexxielhom jakkwistaw rating internazzjonali wara dan it-Tournament.