Internazzjonali

Il-Ġappun: Baħrin mejtin u tfittxija għall-mitlufa wara inċident b’tanker Korean

Għaddejja ħidma intensiva ta’ salvataġġ ‘il hinn mill-kosta lejn il-Punent tal-Ġappun wara inċident fatali  b’tanker li kien qed ibaħħar taħt il-bandiera tal-Korea t’Isfel.

L-aħħar rapporti qalu li l-inċident sewa l-ħajja ta’ tmien baħrin li kienu abbord meta xi membri tal-ekwipaġġ baqgħu rappurtati nieqsa.

It-tanker ‘Keoyoung Sun’ inqaleb fil-baħar (f’ċirkustanzi misterjużi) waqt li kien għaddej ‘il hinn mill-provinċja Ġappuniża ta’  Yamaguchi. Hu mifhum li l-inċident seħħ ftit wara li l-ekwipaġġ tat-tanker kien bagħat SOS bir-radju – u bit-tfittxija qed tkompli għal tal-anqas żewġ baħrin li ma dehrux aktar fil-ħin tal-għarqa.

Rapporti oħra qalu li l-vapur kien niżżel l-ankri minħabba l-maltemp li kien qed jiddomina fiz-zona f’dak il-ħin  u meta ngħad li fuqu, fost oħrajn, kien hemm kunsinna kbira ta’ aċtu akriliku.