Lokali Parlament

Il-ħaddiema soċjali jeħtieġu l-aqwa kundizzjonijiet għax-xogħol importanti tagħhom


Graziella Galea, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostneit fil-parlament li l-ħaddiema soċjali jeħtieġ l-aqwa kundizzjonijiet għax-xogħol importanti tagħhom.


Graziella Galea tkellmet dwar l-importanza tal-professjonisti fis-soċjetà u qal li din il-professjoni tal-ħaddiema soċjali kienet regolata 20 sena ilu. Hi sostniet li f’Malta kien hawn tibdil radikali fis-soċjetà li huma riżultat ta’ diversi fatturi.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li kien hemm każi ta’ tfal li qabżu l-limitu ta’ dak li hu aċċettabbi fl-iskejjel u anki waqt u wara li jużaw it-trasport tal-iskejjel. Dan ifisser li l-ħaddiema soċjali jridu jħabbtu wiċċhom ma’ iktar każi u sitwazzjoni ġodda. id-domanda qed tiżdied iżda l-każijiet qed jiżdiedu tant li d-domanda mhijiex tlaħħaq.


Graziella Galea qalet li l-familja m’għadhiex il-post fejn it-tfal isibu l-imħabba li suppost huma jsibu. Flimkien mal-ħaddiema soċjali, ikunu l-għalliema li jindunaw bil-problemi li jkun hemm fost it-tfal. Hi appellat biex il-ħaddiema soċjali jingħataw it-taħriġ neċessarju biex il-livell ta’ edukazzjoni jintlaħaq.


Graziella Galea tkellmet dwar ir-rwol tal-ITS fil-kuntest tal-ħaddiema soċjali u appellat beix il-ħaddiema soċjali jkunu protetti f’sitwazzjonijiet perikolużi li huma jkunu fihom. Jeħtieġ li s-syllabus tal-MCAST ikun aġġornat skont il-ħtiġijiet tal-ħaddiema soċjali u li dawn ikollhom kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, sostniet Graziella Galea.