‘Il-logħbiet li fadal huma kollha qishom finali’
- Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC
‘Ninsab kuntent ħafna peress li llum kien test importanti kontra tim b’saħħtu bħalma huma Sliema Wanderers.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Sliema Wanderers biex ħa l-kmand tal-klassifika. Il-kowċ Taljan kompla hekk. ‘ Jekk tanalizza l-aspett fiżiku, l-atteġġament u l-għatx għar-rebħa kien jimmeritana li niksbu t-tlett punti. Kif dejjem għedt issa l-logħbiet huma kollha finali fejn ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-klassifika dejjem tikkomplika ruħha minn ġimgħa għall-oħra. Imma l-importanti li qed inżommu r-ritmu u nirbħu l-logħbiet tagħna.’
‘Żbaljajna ħafna fl-aħħar pass’
- Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans FC
‘Kienet partita li ddominajna iżda dak huwa l-futbol’. Kliem il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri wara t-telfa li sofrew l-Ispartans kontra Marsaxlokk. Huwa kompla jżid. ‘Żbaljajna ħafna fl-aħħar pass tagħna u ġejna kastigati. Huma kienu bravi li tellgħu żewġ kontra attakki u sabu x-xibka. Huwa normali fil-futbol li meta titlef ħafna ċansijiet ta’ skor titlef il-partita u hekk ġara lilna. Ma’ konniex bravi bħalma nkunu s-soltu. Issa ma’ jiddependix aktar minnha peress li ninsabu fit-tieni post tal-klassifika.’
| KLASSIFIKA | L | PTI |
| Floriana | 21 | 51 |
| Ħamrun Spartans | 21 | 49 |
| Sliema Wanderers | 21 | 41 |
| Marsaxlokk | 21 | 33 |
| Hibernians | 21 | 32 |
| Birkirkara | 21 | 30 |
| Gżira United | 21 | 28 |
| Naxxar Lions | 21 | 28 |
| Balzan | 21 | 26 |
| Santa Lucia | 21 | 25 |
| Mosta | 21 | 23 |
| Valletta | 21 | 20 |
| Sirens * | 21 | 9 |
| Gudja United * | 21 | 6 |
| L-AQWA SKORERS | GOWLS |
| Luke Montebello (ĦMR) | 18 |
| Kemar Reid (FLR) | 12 |
| Uros Djuranovic (ĦMR) | 11 |
| Andrei Ciolacu (BKR) | 9 |
| Sunday Akinbule (MXK) | 7 |
| Federico Falcone (VLT) | 7 |
| Jurgen Degabriele (HBR) | 7 |
| Giannis Bastianos (HBR) | 7 |
LOGĦOB LI JMISS
Is-Sibt 6 ta’ April, 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Valletta vs Floriana
4.15pm M’Xlokk vs Gżira Utd.
Centenary Stadium
2.00pm Sirens vs Balzan
4.30pm Gudja Utd. vs Naxxar L.
Il-Ħadd 7 ta’ April , 2024
Stadium Nazzjonali
2.00pm Ħamrun S. vs B’Kara
4.15pm Sliema W. vs Hibernians
Centenary Stadium
2.00pm Mosta vs Sta Lucia


