Futbol Sport

‘Il-logħbiet li fadal huma kollha qishom finali’ – Mauro Camoranesi (Floriana)

(Ritratt: Joseph Galea)

‘Il-logħbiet li fadal huma kollha qishom finali’

  • Mauro Camoranesi, kowċ Floriana FC

‘Ninsab kuntent ħafna peress li llum kien test importanti kontra tim b’saħħtu bħalma huma Sliema Wanderers.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Floriana Mauro Camoranesi wara r-rebħa li t-tim tiegħu kiseb kontra Sliema Wanderers biex ħa l-kmand tal-klassifika. Il-kowċ Taljan kompla hekk. ‘ Jekk tanalizza l-aspett fiżiku, l-atteġġament u l-għatx għar-rebħa kien jimmeritana li niksbu t-tlett punti.  Kif dejjem għedt issa l-logħbiet huma kollha finali fejn ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-klassifika dejjem tikkomplika ruħha minn ġimgħa għall-oħra. Imma l-importanti li qed inżommu r-ritmu u nirbħu l-logħbiet tagħna.’

‘Żbaljajna ħafna fl-aħħar pass’

  • Luciano Zauri, kowċ Ħamrun Spartans FC

‘Kienet partita li ddominajna iżda dak huwa l-futbol’. Kliem il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Luciano Zauri wara t-telfa li sofrew l-Ispartans kontra Marsaxlokk. Huwa kompla jżid. ‘Żbaljajna ħafna fl-aħħar pass tagħna u ġejna kastigati. Huma kienu bravi li tellgħu żewġ kontra attakki u sabu x-xibka. Huwa normali fil-futbol li meta titlef ħafna ċansijiet ta’ skor titlef il-partita u hekk ġara lilna. Ma’ konniex bravi bħalma nkunu s-soltu. Issa ma’ jiddependix aktar minnha peress li ninsabu fit-tieni post tal-klassifika.’

KLASSIFIKALPTI
Floriana2151
Ħamrun Spartans2149
Sliema Wanderers2141
Marsaxlokk2133
Hibernians2132
Birkirkara2130
Gżira United2128
Naxxar Lions2128
Balzan2126
Santa Lucia2125
Mosta2123
Valletta2120
Sirens *219
Gudja United *216
*RELEGATI

L-AQWA SKORERSGOWLS
Luke Montebello (ĦMR)18
Kemar Reid (FLR)12
Uros Djuranovic (ĦMR)11
Andrei Ciolacu (BKR)9
Sunday Akinbule (MXK)7
Federico Falcone (VLT)7
Jurgen Degabriele (HBR)7
Giannis Bastianos (HBR)7

LOGĦOB LI JMISS

Is-Sibt 6 ta’ April, 2024

Stadium Nazzjonali

2.00pm            Valletta vs Floriana

4.15pm            M’Xlokk vs Gżira Utd.

Centenary Stadium

2.00pm            Sirens vs Balzan

4.30pm            Gudja Utd. vs Naxxar L.

Il-Ħadd 7 ta’ April , 2024

Stadium Nazzjonali

2.00pm            Ħamrun S. vs B’Kara

4.15pm            Sliema W. vs Hibernians

Centenary Stadium

2.00pm            Mosta vs Sta Lucia