Lokali

Il-President George Vella ħalla Malta għall-Vatikan u l-Italja

Ritratt: Martin Agius

Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella ħallew Malta llejla għal żjara fil-Vatikan u l-Italja.

Il-President Vella u d-delegazzjoni tiegħu, se jintlaqgħu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f’udjenza privata għada, il-Ħamis 21 ta’ Marzu.

Matul din iż-żjara, il-President George Vella se jkollu wkoll laqgħa mas-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin.

L-impenji tal-President Vella f’Ruma jinkludu wkoll laqgħa mal-President tal-Italja Sergio Mattarella fil-Palazz Quirinale u laqgħa mal-Gran Mastru tal-Ordni Ospitalier Militari Sovran ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm, ta’ Rodi u ta’ Malta, Fra’ John T. Dunlap, fil-Palazzo Magistrale.

Il-President u s-Sinjura Vella jiġu lura Malta nhar il-Ħadd 24 ta’ Marzu 2024. Il-Professur Frank Bezzina se jservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta.