Meta ninsabu biss jiem ‘il bogħod mis-summit Ewropej fi Brussell li se jlaqqa’ flimkien lill-Mexxejja kollha tal-Unjoni Ewropea fejn se jkunu qed jiffukaw fuq il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ id-difiża tagħha il-Prim Ministru Robert Abela ma weġibx dwar x’se tkun il-pożizzjoni tal-gvern tiegħu f’dan is-summit.
Meta mistoqsi mill-ġurnalisti ta’ Net News, il-Prim Ministru Robert Abela għażel biss li jgħid; “issa tkunu tafu!”
Il-Partit Soċjo Demokratiku kien ċar fil-manifest tiegħu li jrid jimplimenta policy ta’ difiża komuni u li jrid ikun hemm ukoll żvilupp fl-industrija Ewropea tad-difiża, madanakollu Robert Abela għażel li ma jweġibx x’se tkun il-pożizzjoni tiegħu.
Mistoqsi ċar u tond dwar jekk jaqbilx jew le, il-Prim Ministru għażel li ma jweġibx għal mistoqsijiet u minflok għażel li mill-ġdid jigdeb dwar dak li qalet il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-MEP tal-Partit Nazzjonalista David Casa.
//= $special ?>