Colin Schembri
Starlites JSD 71
Caffè Moak Luxol 40
(26-9)(13-13)(14-6)(18-12)
Ic-champions Starlites JSD kisbu l-għaxar rebħa fil-kampjonat u saħħew l-ewwel post tal-klassifika meta għelbu lil Caffè Moak Luxol 71-40. Luxol bħalissa għaddejin minn mument diffiċli u għal din il-partita kienu mingħajr Sarah Fenech Pace. Ħafna mill-players li ħadu sehem fil-partita kienu wkoll fil-finali tal-kampjonat ta’ taħt it-23 sena li ntlagħbet matul il-ġimgħa.
Għal Starlites kien hemm wirja pożittiva minn Steffi De Martino li spiċċat il-partita b’double double hekk kif kellha 14-il rebound u 19-il punt. Punt pożittiv ieħor għall-players ta’ Fatih Dedeliouglu kien il-persentaġġ għoli mill-free-throw line speċjalment Maria Bonett b’10 minn 10, u Paige Cannon bi 8 minn 8.
Wara basket fuq kull naħa minn Michela Zammit Cordina u Josephine Diaby, Starlites bdew bl-ewwel break tagħhom ta’ 9-0 bi trippli minn De Martino u Mikela Riolo. Wara li Luxol waqqfuhom bil-punti ta’ Nolene Vella, Starlites komplew bi break ieħor qawwi ta’ 13-0 bi trippla ta’ Zammit Cordina u punti minn Riolo, Bonnett u De Martino biex temmew l-ewwel sessjoni 26-9 minn fuq.
Fit-tieni perjodu kien hemm bidu ieħor qawwi mic-champions li għaqqdu run oħra ta’ 10-2 bejn Cannon, Bonnett u De Martino. Luxol ġabu xi punti lura permezz ta’ Vella u Anna Fenech Pace flimkien ma’ Diaby biex fil-halftime Starlites kienu 39-22 minn fuq.
It-tielet taqsima fetħet b’punti mill-Amerikana ta’ Luxol Tayler Bennett li però kellha partita kwieta. Starlites malajr wieġbu b’aktar punti hekk kif kellhom it-trippli minn De Martino u Cannon flimkien ma’ sensiela ta’ free-throws minn Bonnett u Andie Saliba biex temmew is-sessjoni 53-28 minn fuq. L-aħħar sessjoni kienet biss formalità hekk kif ic-champions kienu ċerti mir-rebħa u komplew isaħħu l-vantaġġ bi break ieħor ta’ 9-2 b’De Martino tagħmel it-tieni trippla tagħha. Iż-żewġ coaches daħħlu fuq il-court il-players ta’ fuq il-bank hekk kif Starlites komplew jikkontrollaw minkejja t-trippla minn Vella għal Luxol. Saliba għamlet l-aħħar punti hekk kif Starlites ħarġu rebbieħa 71-40.
Starlites JSD: M. Zammit Cordina 14, M. Riolo 7, A. Saliba 4, E. Degiorgio, M. Bonett 12, S. De Martino 19, P. Riolo, Y. Ferrando, C. Cilia, C. Vella, C. Curmi 2, P. Cannon 15.
Caffè Moak Luxol: T. Bennett 10, M. Mercieca, L. Fenech Pace, H. Galea, N. Vella 12, E. Abela, J. Diaby 6, V. Baldacchino 2, S. Sciberras, S. Farrugia 2, M. Marmara, A. Fenech Pace 5.
Referees: Fiorentina Ciurariu, Nicky Azzopardi.
Hibernians 58
Depiro 82
(9-16)(15-18)(14-22)(20-26)
Friski mis-suċċess tan-Knock-out, Depiro komplew bis-sensiela ta’ rebħ meta għelbu lil Hibernians 82-58 biex issa waslu punt taħt Luxol b’partita anqas u tnejn taħt Starlites lejliet konfront dirett bejniethom. Il-kampjonat tan-nisa jintlagħab fuq erba’ rounds u allura kollox għad jista’ jiġri fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika fejn it-team li jikseb l-ewwel post jieħu passaġġ dirett fil-finali. Hibs ħadu l-ewwel vantaġġ bil-punti ta’ Lyndsey Whilby u Iona Agius u aktar ‘l quddiem, basket ta’ Julija Dabic poġġijhom għall-aħħar darba fuq quddiem 9-8. Hawn Depiro għamlu tmien punti mingħajr risposta minn Julia Borg, Kristy Galea u Jose Ann Johnson biex temmew l-ewwel perjodu 16-9 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Hibs bdew bi trippla ta’ Whilby però Depiro kellhom risposta permezz ta’ Galea u Johnson biex baqgħu 8 minn fuq 22-14. Hibs naqqsu d-distakk bil-punti ta’ Kaya Calleja fosthom bi trippla però Borg u Johnson taw vantaġġ b’figuri doppji lil Depiro 34-24.
Wara l-intervall, kien hemm basket fuq kull naħa qabel ma Depiro għamlu run ta’ 13-3 fejn Galea kellha żewġ trippli flimkien mal-punti ta’ Sophie Abela u Johnson. Hibs naqqsu d-distakk b’żewġ trippli minn Agius u Calleja però fi tmiem it-taqsima Depiro kienu għadhom 18 -il punt minn fuq 56-38. L-aħħar sessjoni kienet aktar miftuħa u l-aktar waħda li offriet punti. Kien hemm sensiela ta’ trippli fuq iż-żewġ naħat fosthom tnejn oħra minn Galea u tnejn ta’ Julia Xerri għal Depiro. Hibs kellhom il-punti ta’ Dabic u Fanni Fabok flimkien ma’ three pointers ta’ Marie Buhagiar u Agius biex finalment kienu Depiro li ħarġu rebbieħa 82-58.
Hibernians: M. Buhagiar 3, E. Farrugia, F.Fabok 4, I. Agius 11, L. Whilby 15, J. Abela 2, B. Agius, K. Calleja 9, M. Vella, J. Dabic 14, M. Mendez.
Depiro: S. Abela 11, Ni. Agius 3, J. Xerri 12, J. Mallia 1, L. Sciberras, No. Agius, C. Ciantar 3, J. Borg 11, J. Johnson 23, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 18.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Miguel De Flavia.
//= $special ?>