Fir-rapport maħruġ mill-KPMG, fejn irriżulta li l-pagi ilhom staġnati mill-2018, b’effett drastiku fuq il-purchasing power tal-poplu, id-disposable income tal-ħaddiema u l-kwalità tal-ħajja, iż-żieda fl-għoli tal-ħajja qabżet bil-bosta ż-żieda fid-dħul tal-familji. Malta għandha l-anqas żieda fil-pagi fl-Unjoni Ewropea, kif ilu l-każ għal dawn l-aħħar snin.
Fi stqarrija, ix-Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja, Ivan Castillo, qal li n-nuqqas tal-abbiltà tal-Partit Laburista li jindirizza l-kriżi tal-għoli tal-ħajja ħolqot friża fil-pagi għal dawn l-aħħar ħames snin. B’ aktar minn 60,000 ħaddiem jaqilgħu anqas minn €11,000 fis-sena u b’aktar minn 150,000 ħaddiem jaqilgħu anqas mill-paga medja, l-hekk imsejjaħ Gvern tal-Ħaddiema wera li falla miżerjament mal-ħaddiema, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli u li qed iħallsu huma l-prezz tal-iżbalji tiegħu.
Ir-rapport maħruġ mill-KPMG jitfa’ dawl fuq is-sitwazzjoni diżastruża li jinsab fih il-pajjiż.
Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista jkompli jenfasizza l-implimentazzjoni tal-proposti tiegħu:
1. Jinħoloq Mudell Ekonomiku ġdid: ikunu żviluppati setturi ekonomiċi ġodda li jipprijoratizzaw l-impjiegi ta’ kwalità, jipprovdu aktar inċentivi lill-forza tax-xogħol lokali u jżidu l-produttività.
2. Il-COLA ma tkunx intaxxata: ineħħi l-piż tat-taxxa fuq l-Aġġustament għall-Għoli tal-ħajja (COLA) biex il-poplu jingħata is-serħan il-moħħ tant meħtieġ.
3. Krediti ta’ taxxa lil min iħaddem: il-Gvern għandu jipprovdi inċentivi fiskali lin-negozji biex jikkumbattu ż-żieda fl-allowance għall-għoli tal-ħajja.
4. Jiġi stabbilit Fond Nazzjonali: jitwaqqaf Fond Nazzjonali b’baġit annwali biex jappoġġa l-industrija tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, li jista’ jkollu impatt pożittiv fuq l-għoli tal-ħajja.
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal li spiċċa ż-żmien tal-gimmicks u l-marketing falz. Hemm bżonn li l-Gvern ma jibqax jgħaddi romblu fuq il-poplu u jagħmel li hemm bżonn.
//= $special ?>