Lokali

“L-artisti tal-Karnival mhux wegħdiet ta’ qabel l-elezzjoni jridu imma implimentazzjoni” – PN

Bejn il-wegħdiet u l-fatti hemm baħar ta’ artisti bla lok fejn jaħdmu

Illum mill-ġdid dehret l-aħbar tal-proposta li l-Partit Laburista ilu jirriċikla għal 11-il sena. Villaġġ tal-Karnival, li l-idea tiegħu, il-Gvern jagħmilha tiegħu, qabel kull elezzjoni. 11-il sena ta’ stennija u baqa’ ma sar xejn, bil-Gvern kull darba qed jgħaddi biż-żmien lid-dilettanti u lill-artisti li ta’ kull sena jwasslu fit-toroq tagħna arti u spettaklu mill-aqwa madwar Malta u Għawdex fil-jiem tal-Karnival. 

Fi stqarrija, il-PN qal li bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti, u filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jħaddan miegħu lill-artisti lokali, u t-talenti tagħhom, u mhux talli hekk, talli jfittex li dan it-talent ikompli jissawwar u jifjorixxi, għandna Partit fil-Gvern li għalih il-karnival u l-artisti huma biss gimmick ta’ qabel elezzjoni.