Gerald Darmanin, Ministru tal-Intern Franċiż; u Gerard Larcher, President tas-Senat Franċiż; kienu preżenti għall-provi ufficjali f’Yvelines, fil-Punent ta’ Pariġi, rigward arranġamenti ta’ sigurtà bi tħejjija għar-relay tat-torċa Olimpika. Waqt l-istess provi sar magħruf li min ser ikun qed iġorr it-torċa se jkun imdawwar minn għadd ta’ membri tas-sigurta’, filwaqt li saret ukoll prova fuq is-sigurtà f’każ kif li xi ħadd jipprova jattakka lil atleta, u kif dan ser ikun immobilizzat mill-istess membri u mill-pulizija minnufih.
Darmanin u Larcher, dehru jiddiskutu mal-membri tas-sigurtà dwar l-istess proċess ta’ sigurtà li mistennija tiżdied mill-mument li t-torċa Olimpika tasal fi Franza. Gerald Darmanin, Ministru tal-Intern; intwera wkoll kif jintuża dak li huwa magħruf bħala “Skywall ,” li kapaċi jinterċetta drones.
L-Olimpijadi ta’ Parigi jibdew ufficjalment biċ-Ċerimonja tal-Ftuħ il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju u jibqgħu sejrin sal-Ħadd 11 ta’ Awwissu.
Gerald Darmanin, Ministru tal-Intern Franċiż (Ritratt: EPA)
//= $special ?>