Sport Sport Ieħor

Pickleball: Riżultati pożittivi għall-Maltin fi Frankfurt

Inkisbu riżultati pożittivi mis-selezzjoni tal-Malta Pickleball fit-Tournament Internazzjonali tal-Pickleball, fi Frankfurt. Fid-doubles tan-nisa ta’ ‘l fuq minn 19-il sena livell 5.0 meqjus bħala l-ogħla livell fid-doubles tan-nisa, Steffi Pace Girard u Roberta Pace Girard temmew fl-ewwel post fejn rebħu l-partiti kollha inkluż il-finali. Fil-kategorija ta’ ‘l fuq minn 19-ilsena livell 3.5, fid-doubles tal-irgiel, Maurizio Cappello u Victor Sciberras temmew fl-ewwel post wara li rebħu s-semifinali 15 – 11 u eventwalment il-finali li ddominaw.

Malcolm Falzon u Karl Falzon tilfu 15 – 12 il-partita għat tielet post. Fil-mixed doubles ta’ ‘l fuq minn 19-il sena livell 4.0, kien reġistrat suċċess bir-rebħ tal-ewwel post minn Maurizio Cappello u Steffi Pace Girard. Inkiseb l-ewwel post ukoll għal Karl Falzon u Roberta Girard fil-kategorija mixed doubles ‘il fuq minn 50 sena, fejn saħansitra ma tilfu ebda set.