Kurżitajiet Lokali

PROFILI: “Il-bullet għaddiet mill-bieba, wara kelli nistkenn taħt siġra” – Mons Alessandro

Fi PROFILI llejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Mons. Joe Alessandro. Ir-rakkont se jeħodna kif wasal għal vokazzjoni, iżda wkoll anki ż-żmien li għamel il-Kenja għall-missjoni.

Matul l-intervista, il-profil se jirrakkonta wkoll l-episodju ta’ meta kien ġie attakkat minn grupp ta’ ribelli, hekk kif kienu sparaw fuqu u laqtuh. Magħna se jaqsam din l-esperjenza iebsa, iżda wkoll kemm dam biex saħħtu reġgħet ġiet lura.

PROFILI, għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV.

Tags