Il-Kap tal-PN Bernard Grech iltaqa’ kmieni dalgħodu fi Brussell, mal-Kummissarju Margaritis Schinas li huwa responsabbli mill-immigrazzjoni.
Il-Kummissarju Ewropew fisser il-laqgħa li kellu mal-Kap tal-PN bħala pożittiva. Huma ddiskutew mhux biss l-isfida tal-immigrazzjoni, iżda anke s-sigurtà u l-kwistjonijiet marbuta mal-housing f’pajjiżna.
Aktar tard, Bernard Grech ipparteċipa fis-summit tal-EPP li tlaqqa’ fil-kapitali Belġjana.
Bernard Grech jinsab akkumpanjat fi Brussell mis-Segretarju Internazzjonali tal-PN Beppe Galea.
//= $special ?>