Sport Sport Ieħor

Blackball: Żewġ rebħiet importanti mit-timijiet Maltin fit-Tazza tan-Nazzjonijiet

Tim A Malta tal-irġiel kiseb żewġ rebħiet importanti mit-timijiet Maltin li qed jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball fil-belt ta’ Bridlington, fl-Ingilterra, fejn kellhom riżultati mħallta fir-raba’ ġurnata ta’ logħob.

Tim B Malta tal-irġiel immexxi minn Philip Gatt, tilef l-ewwel logħba tiegħu kontra Tim B 1 tal-Ingilterra 11-10 għalkemm patta bil-kbir fit-tieni partita tal-ġurnata meta ddomina l-konfront kontra Tim B 1 tal-Irlanda ta’ Fuq 16-5. Kienet ġurnata pożittiva għal Tim A tal-irġiel immexxi minn Clevion Micallef, li rebaħ iż-żewġ logħbiet li lagħab kontra Tim A tal-Belġju 20-5 u kontra Tim A tal-Irlanda 14-11.

Mill-kompetizzjoni tas-Senior, Malta tilfet ma’ Wales 16-9 filwaqt li fil-Masters Malta għelbet lill-Ġibiltà 20-5 minkejja li tilfu kontra l-Ingilterra 16-9. Fil-kategorija tal-individwali, Clint Azzopardi ġie eliminat fil-kwarti tal-finali kontra l-Ingliż Greg Davies meta tilef 5-0.