Futbol Sport

Dani Alves jingħata ħelsien mill-arrest

(Ritratt: EPA)

L-eks internazzjonali tal-Brażil Dani Alves se jinħeles mill-ħabs sakemm isir appell kontra l-kundanna tiegħu għal stupru fi ftehim ta’ ħelsien mill-arrest ta’ miljun ewro, iddenunzjat mill-avukat tal-vittma bħala “ġustizzja għas-sinjuri”.

Id-deċiżjoni waslet ġurnata wara li l-avukat tiegħu talab il-ħelsien mill-arrest ta’ Alves fuq il-bażi li kien diġà skonta kwart tas-sentenza ta’ erba’ snin u nofs f’detenzjoni preventiva wara l-arrest tiegħu f’Jannar tal-2023.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti ta ‘Barċellona tat ħelsien proviżorju” bi skambju għal ħlas ta’ 1,000,000 ewro li teħtieġ ukoll li jgħaddi l-passaporti Spanjoli u Brażiljani tiegħu, jibqa ‘ Spanja, u jippreżenta lilu nnifsu lill-Qorti kull ġimgħa. Iżda d-deċiżjoni ġibdet tweġiba furjuża mill-avukat taż-żagħżugħa li ġiet stuprata minn Alves f’nightclub f’Barċellona, f’Diċembru 2022.

Id-difiża kkummentat li dan jibgħat il-messaġġ li hemm ġustizzja għas-sinjuri, u anke jekk hemm kundanna, jekk tħallas pleġġ m’hemm l-ebda konsegwenzi kriminali.

Wieħed mill-iktar plejers tal-futbol ikkwotati fid-dinja li lagħab ma’ Barċellona u Paris Saint-Germain, Alves instab ħati x-xahar li għadda li stupra liż-żagħżugħa fil-kamra tal-banju VIP tan-nightclub ta’ Sutton, fis-sigħat bikrin tal-31 ta’ Diċembru 2022.