MALTA……………..2
SLOVENJA………..2
Malta: H.Bonello, S.Borg (E.Pepe 46’), Z.Muscat, J.Borg, J.Mbong, S.Pisani (N.Muscat 76’), M.Guillaumier, Y.Yankam, J.Corbalan (N.Portelli 82’), P.Mbong (C.Lonardelli), L.Montebello (K.Reid 67’)
Slovenja: J.Oblak, J.Balkovec, J.Bijol, V.Drkusic, P.Stojanovic, J.Mlakar, J.Kurtic, A.Cerin, T.Horvat, B.Sesko, A.Sporar
Skorjaw: M.Guillaumier 54’, S.Pisani 58’ (M) A.Sporar 28, B.Sesko 81’ (S)
Imwissija: S.Pisani 51’, L.Montebello 66’,P.Mbong 75’, E.Pepe 74’ Z.Muscat 84’ (M) J.Kurtic 75’ (S)
Referees: Sandi Purtos (Danimarka)
It-tim Nazzjonali Malti kien reżiljenti biex kiseb riżultat important fil-partiti tal-ħbiberija li qed jintlagħbu bħala preparazzjoni għall-UEFA Nations League.
Malta rnexxielha ddawwar ir-riżultat kontra s-Slovenja bl-iskor finali jkun 2-2.
Is-Slovenja marru fil-vantaġġ wara 28 minuta, bil-gowl jasal minn Andraw Sporar li sab ir-rokna tax-xibka wara li kkapitalizza fuq żball li sar bejn Bonello u Borg.
Il-Maltin stennew sal-54 minuta biex għamlu l-iskor indaqs, bil-gowl jasal mill-midfielder Matthew Guillaumier li għeleb lil Oblak mid-distanza, bil-Maltin imorru temporanjament fil-vantaġġ 4 minuti wara permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ Steve Pisani.
Malta kienet miċħuda mir-rebħa fil-81 minuta meta Benjamis Sesko għeleb lil Bonello minn tarf il-kaxxa.
//= $special ?>