Futbol Sport

EURO 2024: Il-Polonja u l-Ukrajna fost it-timijiet li jikkwalifikaw għat-tieni fażi ta’ Play-Offs

(Ritratt: EPA)

Fil-League A, kienu l-Polonja u Wales li għaddew għall-fażi li jmiss, b’hekk huma se jaffrontaw lil xulxin it-Tlieta 26 ta’ Marzu.

Il-Polonja għelbu lil Estonja 5-1, bil-gowls għall-Pollakki jaslu minn Premzyslaw Frankowski wara 22 minuta, bl-4 gowls l-oħra jaslu fit-tieni taqsima minn Piotr Zielinski, Jakub Piotrowski, kif ukoll autogowl ta’ Karol Mets u Sebastian Szymanski jiskorja l-aħħar gowl fis-76 minuta.

Martin Volkal kien l-awtur tal-gowl ta’ Estonja fit-78 minuta.

Intant, riżultat simili għal Wales li għelbu lil Finlandja 4-1.

David Brooks u Neco Williams skorjaw l-ewwel żewġ gowls għall-pajjiżhom fl-ewwel taqsima, b’Teemu Pukki jnaqqas l-iskor fl-aħħar mumentit al-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima Wales ħarġu fuq l-offensiva biex ikkonfermaw ir-rebħa, b’ Brennan Johnson u Daniel James isibu x-xibka.

Fil-League B, kienu l-Ukrajna u l-Iżlanda li għaddew għall-fażi li jmiss, bl-Ukreni joħorġu rebbieħa fl-aħħar minuti tal-partita kontra l-Bosnja u Herzegovina.

Auto-gowl ta’ Matvienko ta l-vantaġġ temporanju lill-Bosnja fis-57 minuta, b’ Roman Yaremchuk jiskorja l-gowl tad-draw fil-85 minuta. Tlett minuti wara l-attakkant prolifku Artem Dovbyk sab ix-xibka għall-gowl tar-rebħa.

Intant, l-Iżlanda dawru telfa f’rebħa kontra l-Iżrael bl-iskor finali jkun 1-4.

Eran Zahavi fetaħ l-iskor wara 31 minutam b’ Alber Gudmundsson u Amor Traustason jagħtu l-vantaġġ lill-Iżlanda qabel tmiem l-ewwel taqsima.

Karta ħamra għal Roy Reicp fit-73 minuta, penalty fallut ta’ Eran Zhavi, u doppjetta ta’ Alber Gudmundsson jagħtu r-rebħa lill-Iżlanda fit-tieni taqsima, b’dan tal-aħħar jiskorja hat-trick personali.ż

Il-Georgja kienu l-ewwel tim li kkwalifka għall-fażi li jmiss b’rebħa meritata ta’ 2-0 fuq il-Lussemburgu. Il-gowls waslu minn Budu Zivzivadze.

Fl-istess League C, Il-Greċjaukoll għaddiet għall-parti li jmiss biex issa se taffronta lil Georgja. L-iskor finali kien 5-0, bil-gowls prattikament kollha kważi jaslu fl-ewwel taqsima minn Asnastasios Bakasetas, Dimitris Pelkas, Fotis Ionnidis u Dimitris Kourbelis.

Auto-gowl ta’ Erkin Tapalow fis-87 minuta kien l-aħħar gowl tal-partita għall-Griegi.

Illum
League A :
Polonja v Estonja 5-1
Wales v Fillandja 4-1
League B :
Bosnja v Ukrajna 1-2
Iżrael v Iżlanda 1-4
League C :
Ġeorgia v Lussemburgu 2-0
Grecja v Kazakistan 5-0