It-tifla ta’ 12-il sena li kienet aggredita flimkien ma’ oħtha ta’ 15-il sena fid-dar tal-familja tagħha fil-Marsa, ħarġet mit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU), u qed tkompli tingħata l-kura f’sala oħra tal-Isptar Mater Dei.
Hija kienet ġiet aggredita fid-9 ta’ Marzu, fi Triq San Tumas u sussegwentament kienet spiċċat fil-periklu tal-mewt, wara li kienet qalgħet madwar 17-il daqqa ta’ sikkina allegatament mingħand l-eks sieħeb ta’ ommhom.
Dwar dan il-każ, il-Pulizija resqet il-Qorti lil Nazzareno Dalli, ta’ 43 sena minn Bormla.
Dalli qed jinżamm taħt arrest fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li wieġeb mhux ħati li pprova joqtol liż-żewġt itfal fil-ħin li ommhom ma kinitx id-dar.
//= $special ?>