Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni fuq student li agredixxa għalliem waqt lezzjoni li kienet għaddejja fl-MCAST.
Dan wara li l-Ħamis filgħodu kien ippubblikat filmat fuq il-midja soċjali fejn wera l-istudent u l-għalliem jargumentaw bl-eduktar jidher jersaq lejn il-mejda taż-żagħżugħ u sussegwentament dan tal-aħħar jidher iqum minn mal-mejda u jagħti daqqiet ta’ ponn lill-għalliem.
Aktar tard l-MCAST fi stqarrija qalet li ħadet azzjoni immedjata hekk kif għamlet rapport mal-Pulizija dan filwaqt li ddeskriviet l-aġir tal-istudent bħala wieħed inaċċettabbli.
Apparti minn hekk, fl-istqarrija ntqal li l-MCAST qed tagħti l-appoġġ kollu tagħha lill-għalliem dan filwaqt li kkundannat kull forma ta’ vjolenza fuq l-għalliema.
Għaldaqstant, fl-istqarrija l-MCAST qalet li l-aġir tal-istudent kapaċi jsarrfu f’sospensjoni mill-Kulleġġ jew saħansitra jitkeċċa.
//= $special ?>