Futbol Sport

Illum jintlagħbu l-ewwel rawnd ta’ play-offs għall-Euro 2024

(Ritratt: EPA)

Hekk kif qed noqorbu lejn is-sajf, qed tiġi fi tmiem ankè l-kwalifikazzjoni għall-EURO 2024 li se ssir fil-Ġermanja.

Il-partita tal-ftuħ se tintlagħab il-Ġimgħa 14 ta’ Ġunju, bejn il-Ġermanja u l-Iskozja, fil-Munich Football Arena.

Intant, illum se jintlagħbu l-ewwel parti tal-partiti tal-Play-offs biex b’hekk inkunu nafu l-24 pajjiż li se jieħu sehem fis-17-il edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni storika.

League A : Polonja v Estonja, Wales v Fillandja

League B : Bosnia Herzegovina v Ukrajna, Iżrael – Iżlanda

League C : Ġeorgia v Lussemburgu, Grecja v Kazakistan

Ir-rebbieħa ta’ dawn il-logħob se jaffrontaw lil xulxin fil-League rispettiv tagħhom, it-Tlieta 26 ta’ Marzu, biex jiġi deċiż minn se jkunu l-aħħar timijiet li jirnexxielhom jikkwalifikaw għall-EURO 2024.