Mietu ‘il fuq minn 20 fi splużjoni suwiċida li seħħet f’kumpless ta’ bank fiċ-ċentru ta’ Kandahar, lejn in-nofsinar tal-Afganistan.
Il-Gvern tat-Taliban qal li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet fl-inħawi u meta l-ebda grupp ma assuma responsabbiltà għall-attakk.
Madankollu l-attakk qed jidher bħala l-akbar wieħed fl-Afganistan, din is-sena, u meta ċ-ċifra tal-vittmi fl-isplużjoni mistennija tiżdied maż-żmien.
L-isplużjoni ħalliet impatt partikulari fil-fergħa ta’ bank fejn il-ħaddiema mal-Gvern Afgan kienu qed jistennew biex jieħdu s-salarji dovuti.
Sadanittant, ‘il fuq minn 50 midruna fl-isplużjoni ttieħdu lejn l-isptar ta’ Mirwais li hu l-akbar kumpless mediku fil-belt ta’ Kandahar. Il-belt inkwistjoni sservi bħala s-sede tal-poter tat-Taliban u tal-Mexxej Suprem ta’ dan il-moviment Iżlamiku fundamentalista.
//= $special ?>

