L-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja mistennija jkunu dominati mis-Soċjali-Demokratiċi — u meta l-popli fl-Istati Skandinavi ma jidhrux lest li jafdaw lill-politiċi Liberali u tal-Ħodor bil-vot tagħhom.
Għaldaqstant, l-Istati Nordiċi, minn Ġunju, għandhom isiru l-fortizza ewlenija għas-Soċjali Demokratiċi fl-Unjoni Ewropea –skont l-istħarriġ popolari mir-riċerkaturi tal-Ipsos.
Is-Soċjali Demokratiċi tat-tliet pajjiżi għandhom jibgħatu l-akbar delegazzjoni lejn il-Parlament Ewropew u li hi ħaġa rari fl-Ewropa fejn hu aktar komuni t-tbassir ta’ suċċessi għall-partiti tal-lemin.
Intant, l-appoġġ għar-radikali tal-lemin li qed jispikka madwar l-Ewropa mgħandux ikun rifless fid-delegazzjojni tal-51 MEPs li jridu jintbagħtu lill-Parlament mit-tlett pajjiżi Skandinavi.
//= $special ?>