Sport Sport Ieħor

Organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tat-Table Tennis

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis organizzat il-kampjonat nazzjonali fejn plejers ħadu sehem f’kompetizzjonijiet individwali riservati għal diversi kategoriji ta’ età.

Fil-kategorija ta’ taħt il-11-il sena subien, spikka Danny Scicluna li kkonferma l-potenzjal tiegħu meta rebaħ fil-finali kontra Jake Arora. Fil-kategorija tal-bniet, kienet Julia Bonnici li temmet fl-ewwel post qabel Mireille Bonett. Fid-doubles mill-istess kategorija, Danny Scicluna u Julia Bonnici komplew bis-serje pożittiva meta rebħu l-kompetizzjoni bil-koppja Jake Arora u Ben Vella jispiċċaw fit-tieni post. Saret ukoll il-kompetizzjoni doubles tal-irġiel ta’ taħt id-19-il sena fejn Luke Fenech u Luke Bonello ħarġu rebbieħa fuq Matthew Zammit u Michael Zammit.

Matul din il-ġimgħa jkomplu dawn il-kampjonati nazzjonali biex jiġu determinati aktar rebbieħa fil-kategoriji tagħhom.