Aġġornata: Sorsi li tkellmu ma’ NetNews, stqarrew li fid-dar fejn instabet il-persuna mejta, kienu qed joqogħdu ‘l fuq minn 10 individwi, x’aktarx madwar 15 b’kollox, kollha barranin. Madankollu, ħadd minnhom ma nduna bil-persuna mejta, għax ħasbuha qiegħda rieqda.
Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.
——
Aktar kmieni: Ftit tal-minuti ilu, il-pulizija rċeviet rapport illi nstabet persuna mejta f’residenza fil-Gżira, u għaldaqstant marret minnufih fil-post sabiex tibda l-investigazzjonijiet fejn jinsabu ukoll preżenti t-Taqsima Forensika tal-Pulizija ta’ Malta.
Minn informazzjoni li kiseb NetNews jidher li l-persuna mejta huwa raġel ta’ nazzjonalitá barranija u li nstab mejjet f’dar fi Triq Moroni l-Gżira. It-triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku, fejn numru ta’ residenti tal-istess triq inġabru sabiex jinvestigaw l-kommossjoni wara li nġabru numru ta’ karozzi tal-pulizija f’din it-triq.
Kelliem għall-pulizija tkellem ma’ NetNews, fejn spjega illi jidher li r-raġel li nstab mejjet fil-Gżira, miet mewta naturali. Għalkemm l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratti: Aaron Caruana
//= $special ?>