Futbol Sport

Doppjetta ta’ Retegui tagħti rebħa lill-Italja

(Ritratt: EPA)

F’partita ta’ ħbiberija lit-tim nazzjonali Taljan lagħab bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa filogħdu fl-Istati Uniti, t-tim ta’ Roberto Mancini għeleb lill-Venezwela bl-iskor ta’ 2-1 bl-eroj ikun il-plejer ta’ Genoa Mateo Retegui li skorja ż-żewġ gowls.

Retegui poġġa lill-Italja fil-vantaġġ wara ħames minuti qabel ma’ Darwin Machis ġab l-iskor indaqs. L-istess Retegui għamilhom 2-1 għaxar minuti mit-tmiem meta kkonkluda fuq pass ta’ Jorginho.

It-tim ta’ Luciano Spalletti jilgħab partita oħra ta’ ħbiberija, bejn il-Ħadd u t-Tnejn meta din id-darba f’New Jersey jilagħbu kontra l-Ekwador.

Intant għada numru ta’ partiti ta’ ħbiberija nteressanti fejn tispikka fost l-oħrajn il-partita f’Wembley Stadium bejn l-Ingilterra u l-Brażil kif ukoll dik bejn il-Ġermanja u Franza.