Lokali

‘Il fuq minn 1,600 anzjan fuq il-waiting lists: “Is-suċċess allaħares ikun li niftħu iżjed djar tal-anzjani”

Bħalissa f’pajjiżna għandna waiting list ta’ ‘il fuq minn 1,600 anzjan u anzjana li qed jistennew biex isibu dar tal-anzjani biex ikunu jistgħu jgħixu fiha meta ma jkunux jistgħu jgħixu iktar fi djarhom.

Minkejja dan kollu, f’10 snin Gvern Laburista ma fetaħ  l-ebda dar tal-anzjani biex jgħixu ħajja komda u jingħatu l-għajnuna li jkollhom bżonn.

Net News staqsa lis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea għalfejn il-Gvern ta’ Robert Abela li jiftaħar ħafna li jpoġġi lil anzjani fuq quddiem tal-ħidma tagħhom għalfejn qatt ma fetah imqar dar tal-anzjani waħda u qalilna li s-soluzzjoni għal waiting lists mhix li jinfetħu iżjed djar tal-anzjani.

Net News staqsa ukoll dwar djar tal-anzjani oħra fosthom dik tal-Imsida, bis-Segretarju Parlamentari jikkonfermalna wkoll li minkejja li ilha iktar minn sentejn li waqgħet, ix-xogħol għad m’hemmx żmien stipulat meta se jkun qed jibda.

U dwar il-kriżi fis-settur tas-Saħħa Pubblika, speċjalment dik fid-dipartiment tal-Emerġenza, in-nuqqas ta’ spazju f’diversi swali fl-Isptar Mater Dei … u l-proposta tal-espanzjoni tal-Emerġenza li l-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija qal li se toħloq bottleneck u mhux se ssarraf f’wisq beneffiċju għal pazjenti.

Malcolm Paul Agius Galea qal biss li meta jasal iż-żmien isiru d-diskussjonijiet neċessarji.