Internazzjonali

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: Il-veto tar-Russja u ċ-Ċina għandha tikkumplika l-isforzi lejn waqfien mill-ġlied f’Gaza

Ir-Russja u ċ-Ċina, waqt vot fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, eżerċitaw il-veto fil-konfront ta’ abbozz ta’ riżoluzzjoni mressaq mill-Istati Uniti u li kien isejjaħ għal waqfien mill-ġlied immedjat fil-Medda ta’ Gaza…L-abbozz, intant, kien jesiġi wkoll għall-ħelsien tal-ostaġġi Iżraeljani li ilhom minn Ottubru miżmumin mit-terroristi tal-Ħamas.

Din hi l-ewwel darba li l-Istati Uniti kienet appoġġjat is-sejħiet għal waqfien mill-ġlied immedjat f’Gaza wara li l-Amerikani kienu ilhom il-ġimgħat jostakolaw seħjiet simili min-naħa tan-Nazzjonijiet Uniti.

Sadanittant – u filwaqt li l-pajjiżi tal-Punent esprimew id-diżappunt għall-veto tar-Russja u ċ-Ċina – l-osservaturi qalu li dawn il-pajjiżi qegħdin jaħsbu biss biex ‘jagħmlu l-punt politiku tagħhom’ li jirrifletti l-oppożizzjoni ‘indiskutibbli’ tagħhom għal kull inizjattiva minn Washington.

Linda Thomas-Greenfield, ir-Rappreżentant tal-Istati Uniti għall-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, qalet li ‘ir-Russja u ċ-Ċina ma riedux jivvutaw għal riżoluzzjoni tal-kriżi ta’ Gaza għaliex huma jippreferu li l-Istati Uniti tfalli fi kwalunkwe impenn diplomatiku’. Hi anki akkużat lir-Russja bħala ‘pajjiż li jagħti l-ewwel preferenza lill-politika aktar milli l-progress’.

Dame Barbara Woodward, bħala r-Rappreżentant tar-Renju Unit għall-Kunsill tan-NU, ukoll esprimiet diżappunt wara li l-abbozz tar-riżoluzzjoni spiċċa miċħud mir-Russja u ċ-Ċina. Hi enfasizzat li r-Renju Unit kien ivvota għal waqfien mill-ġlied fit-tul u sostenibbli f’Gaza u biex l-Iżraeljani ma jwettqux offensiva kbira mill-art fuq il-belt ta’ Rafah li tista’ tkun biss ftit ġranet ‘il bogħod.

Dan wara li ħdax-il membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ivvutaw favur ir-riżoluzzjoni mressqa mill-Istati Uniti, bi tlieta oħra jivvutaw kontra u bi Stat membru ieħor jastjeni.

L-abbozz inkwistjoni anki kien qed jitqies bħala ‘possibbiltà’ li jinħelsu l-ostaġġi Iżraeljani li ilhom mis-7 ta’ Ottubru f’idejn it-terroristi tal-Ħamas li kienu invadew Iżrael u massakraw u ferew mijiet tan-nies waqt l-attakki storiċi ta’ dakinar.

L