L-UE se tiftaħ it-tadidiet formali mal-Bosnja-Herzegovina għas-sħubija fil-blokk Ewropew, għalkemm il-mexxejja Ewropej iridu li l-pajjiż tal-Balkani jwettaq numru ta’ riformi importanti qabel il-proċess jiprogressa.
Fi tmiem il-Kunsill Ewropew li tlaqqa’ fi Brussell, il-President tal-Kunsill Charles Michel insista li post il-Bosnja hu fl-Unjoni Ewropea. U huwa għalhekk li l-UE se tiftaħ in-negozjati għas-sħubija.
Skont il-konklużjonijiet tas-summit li sar fil-kapitali Belġjana, il-mexxejja Ewropej qed jistiednu lill-Kummissjoni tipprepara framework għan-negozjati mal-Bosnja. Fl-istess waqt, irid jissokta l-proċess mal-Ukrajna u l-Moldova li ukoll għandhom jissieħbu fl-UE.
//= $special ?>