Sport Waterpolo

It-tieni fażi tal-Kampjonat tax-Xitwa tibda mingħajr sorpriżi

Neptunes Videoslots bdew it-tieni fażi tal-Kampjonat tax-Xitwa fil-Kampjonat Premier kif mistenni b’rebħa komda ta’ 11-4 fuq Marsaskala ESC. It-tim ta’ Aleksandar Ciric ikkontrolla l-logħba mill-bidu mingħajr diffikultà.

Huma bnew vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni b’gowls ta’ Sam Gialanze u doppjetta ta’ Jake Bajada. It-tieni sessjoni simili mhux biss fl-andament imma anki fir-riżultat. Din id-darba kien imiss lil Mark Castillo li skorja doppjetta u kabbar il-vantaġġ għal 6-2. Neptunes għalqu l-logħba bi tliet gowls konsekuttivi fit-tielet sessjoni u baqgħu fil-kontroll sat-tmiem b’Marsaskala rnexxielhom biss jillimitaw id-danni.

Birżebbuġa Freeport fetħu l-impenji fl-Ewwel Diviżjoni b’rebħa li waslet bi ftit iktar diffikultà kontra Otters Nivea. Doppjetta ta’ Mikhael Cutajar poġġiet lil Birżebbuġa żewġ gowls vantaġġ. Otters irkupraw l-iżvantaġġ sa tmiem l-ewwel sessjoni u saħansitra marru 3-2 minn fuq fit-tieni sessjoni b’gowl ta’ Andrew Dimech. Il-vantaġġ dam ftit għaliex Birżebbuġa dawru r-riżultat, liema vantaġġ ma tilfu qatt.

Otters baqgħu jemmnu li setgħu jiksbu xi ħaġa sal-aħħar mumenti anki wara li Neil Cassar għamilhom 7-4 bi tliet minuti u nofs għal tmiem il-logħba. Matthew Farrugia naqqas id-distakk madankollu ma rnexxielhomx inaqqsu d-distakk aktar.

F’logħba oħra mill-Ewwel Diviżjoni, Marsaxlokk MFF għelbu faċilment lil Barracudas 17-4. Ħames gowls mingħajr risposta minn ħames plejers differenti wittew it-triq għar-rebħa Xlukkajra. Jack Pawley għamilhom 6-0 fit-tieni sessjoni, bil-veteran Charles Bugeja jwieġeb għal Barracudas.

Marsaxlokk aċċertaw mir-rebħa fit-tielet sessjoni hekk kif baqgħu jikkonsolidaw il-vantaġġ, bid-distakk kiber għal 8-1 u 11-3 rispettivament. It-tim ta’ Rainer Scerri ssiġilla r-rebħa fl-aħħar sessjoni b’sitt gowls konsekuttivi għal rebħa kbira.

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……. 8

OTTERS NIVEA…………………… 5

(2-2), (2-1), (1-1), (3-1)

Birżebbuġa: M. Sladden, S. Bezzina (1), N. Cassar (1), J. Cauchi, I. Galea, M. Manara, D. Incorvaja (2), J. Abdilla, D. Farrugia, M. Cutajar (3), G. Mannino, M. Curmi (1), S. Livori, M. Cassar

Otters: M. Xerri, M. Bonnici, K. Calleja, M. Meli (1), D. Dimech, I. Azzopardi, S. Dimech, T.J. Mifsud, T. Milne, M. Farrugia (2), A. Dimech (2), G. Gatt Ellis, J. Zammit

Referees: Stefan Licari, Juana Cauchi

MARSAXLOKK MFF…………… 17

BARRACUDAS……………………. 4

(5-0), (1-1), (5-2), (6-1)

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon (3), A. Aquilina (1), B. Zammit (1), T. Agius (1), B. Lewis, R. Spiteri (2), J. Pawley (1), S. Mifsud (2), J. Borg Tabone (3), A. Fava (2), R. Attard (1)

Barracudas: Cl. Bugeja, Ch. Bugeja (1), A. Falzon, P. Micallef, W. Ruggier (1), R. Sciortino, K. Mock, T. Perici Ferrante, L. Pursehouse, S. Apap, A. Mifsud (1), C.J. Saliba (1), L. Abela, J. Erdogan

Referees: Neville Mercieca, Ronnie Spiteri

NEPTUNES VIDEOSLOTS…… 11

MARSASKALA ESC…………….. 4

(3-1), (3-1), (3-0), (2-2)

Neptunes: A. Borg Cole, Z. Schranz, S. Gialanze (3), G. Pace (1), J. Valletta (1), D. Bugeja, M. Castillo (2), J. Camilleri (1), G. Schembri, J. Bajada (3), L. Stanisavljevic, E. Mallia, M. Brimmer

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, J. Colombo, J. Pace Mizzi, M. Agius, E. Bilgrin, K. Navarro, M. Farrugia, K. Grech, G. Sammut (1), J. Ciantar (3), M. Carani, M. Borg, L. Montebello Brownrigg

Referees: Ronnie Spiteri, Alex de Raffaele

Logħob li jmiss

Illum

L-Ewwel Diviżjoni: Ta’ Xbiex v Exiles 3.00pm

Kampjonat Premier: Sliema v Valletta 4.10pm, San Ġiljan v Sirens 5.20pm