Lokali

It-tieni serqa f’jum wieħed: Il-Pulizija qed tfittex ħalliel li seraq flus kontanti minn ħanut tal-logħob

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal ħalliel li aktar kmieni llum wettaq serqa minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex, l-Imsida.

Kienu għall-ħabta tal-11:15 am meta l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u minnufih marret fuq il-post. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel mgħammad u allegatament armat b’arma tan-nar, daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, Kolombjana ta’ 19-il sena.

L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. L-impjegata ma weġġgħetx.

Il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.