Lokali Qorti

Omm il-vittmi tgħid li bintha ż-żgħira tinsab mifqugħa minn kullimkien – L-attentat ta’ qtil fil-Marsa

“Ninsab fl-istess pożizzjoni tad-Duluri. Binti tinsab f’coma u hi mifqugħa minn kullimkien. Miraklu jrid ikun biex tqum minn dik is-sura. Tibża tħares lejha. Għandha xi organi nieqsin u qatt mhija se terġa tiġi bħal ma kienet.”

Fuq il-pedana tax-xhieda omm iż-żewġ t’ibniet vittmi, waħda ta’ 15-il sena u l-aktar waħda li hija gravi dik ta’ 12-il sena, bkiet fit-tul waqt li kienet qed tagħti x-xhieda tagħha. Qalet fil-Qorti li wara li t-tifel tagħha ta’ 14-il sena taha l-aħbar ta’ x’kien ġara ħassitha se tiġġenen. Dan meta hi kienet ġejja mix-xiri wara l-11am.

“Ghamilt 24 siegha ma narax lit-tifla waqt li kienet qed tiġi operata bit-tobba jgħiduli li t-tifla hi ffortunata li baqgħet ħajja. Il-qagħda tagħha imma hi waħda ta’ dwejjaq kbar u tinsab meġjuta minn kullimkien.” Dan ħareġ meta l-omm kienet qed tixhed fil-konfront tal-eks sieħeb tagħha Nazzareno Dalli, magħruf bħala Ronald minn Bormla, li qed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil taż żewġ t’ibniet billi ta daqqiet ta’ sikkina lil ulied ix-xhud ta’ 12 u 15-il sena f’dar fi Triq San Tumas fil-Marsa.

It-tfajla ta’ 12-il sena kienet fil-periklu tal-mewt wara li sofriet minn 16-il daqqa ta’ sikkina. Minn dak inhar tal-agressjoni tagħhha hi spiċċat fl-ITU fejn ħarġet minn hemm nhar il-Ħamis li għadda. Madankollu hija xorta waħda għadha rikoverata l-Isptar Mater Dei.

Sadanittant wara li ma kien hemm l-ebda oġġezzjoni mid-difiża ġiet iddikjarat mill-Qorti li hemm biżżejjed provi biex l-akkużat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża. Sadanittant fix-xhieda tagħha l-omm qalet li qatt ma kien hemm sgass id-dar, anke jekk qatt ma tagħat iċ-cavetta tad-dar lill-akkuzat. Mistoqsija dwar l-akkużat qalet, “konna f’relazzjoni u qatt ma aċċetta li ma ridtx ikompli, konna ilna tliet snin sħaħ flimkien u xbajt kif ngħidlu biex niefqu għax kien jhedded u jien kont nibża’ minnu.

Sostniet li kien hemm żmien fejn kellha taħrab u tmur ‘shelter’. “Kien fid-29 ta’ Diċembru li kelli nitlaq minn dari u minkejja li għedtlu daqshekk kien jibqa jcċmpel anke mill-linji oħra tan-nies.  Beda jiġini fejn il-bieb iħabbat u jgħajjat.

“Kont insibu wkoll fejn il-bieb tal-beautician li kont naħslilha. Kelli każ fil-Qorti miegħu għax kont mhedda kien jghidli mill-ħabs toħroġ, imma mill-qabar ma tqumx.” Ix-xhud qalet imbikkma li bintha tinsab kollha meħjuta u f’qagħda tal-biki.

Meta kompliet telabora l-omm qalet li qalet li kienet marret tixtri. “Ħallejtom fuq is-sodda, waħda rieqda, l-ieħor fuq il-playstation. Jien u ġejja lura sibt it-tifel jigri lejjha. Qbistmill-karozza, u hu qalli – ‘ġie Żaren u hemm oħti qed tmut.

“Kien hemm il-Pulizija u ġġennint. It-tifel kien taħt xokk kbir u l-Pulzija pprovaw jikkalmawni. It-tifla tilfet hafna demm. L-oħra kienet fuq it-tromba u bdejt naħseb li biex taħrab minn Żaren (l-akkużat) kienet se taqbeż gġal isfel.

Meta sar il-kontro-eżami minn naħa tal-Avukat Mario Mifsud, wieħed mill-avukati tad-difiża, dan qalilha li d-difiża kienet solidali ma’ dak li kien ġralha u qalilha wkoll li hu u sħabu kienu qed jagħmlu xogħolhom. Awgura li bintha tikrupra. “Ma tantx għandha ċans, int missier u taf x’iġifieri kif tħossok għal uliedek, irrispondiet omm il-vittmi.

Xehed ukoll Dr. Josef Mifsud, tabib tal-emerġenza fl-isptar Mater Dei fejn qal li hu ċċertifika lit-tifla ta’ 12-il sena year. Tenna li mera raha l-pazjenta kienet konfuza. Kienet f’risjku li titlef in-nifs u fil-fatt kellha tiġi intubata.

“Hi kienet tilfet bejn 30/40 fil-mija tad-demm tagħha. Kellha 16-il il-daqqa. Kellna nidrenjawla l-arja bejn l-kaxxa tas-sider u l-pulmun ghax kienet fir-riskju li jikkollassala l-pulmun. Il-qalb kellha penetrazzjoni, l-milsa kienet imċarta, b’tiċrita fil-fwiet u fil-pulmun. Kellha wkoll daqqiet fil-marrara u daqqiet fil-kilwa tax-xellug.  U kustilja n-naha tax-xellug imkissra” qal it-tabib.

L-ewwel xhud kien l-Ispettur Ian Vella li qal li fid-9 ta’ Marzu kien infurmat li fi Triq Sant Tumas, fil-Marsa raġel kien fera xi minuri. Hemm kien hemm l-omm fir-residenza. Hemm kien hemm diġa Surġent u Pulizija u tabib. Kien hemm sikkina u ċarruta bis-sikkina tkun imċappsa bid-demm.

Tela’ fuq fejn hemm kċina u sab sufan u waħda mill-vittmi minuri kienet miksija bid-demm. Tkellem ma’ omm il-minuri u qalet li kienet barra tixtri u x’kien qalilha x’ġara, qaltlu li binha kien spjegalha li Nazzareno Dalli x’kien għamel.

Tenna li mar fir-residenza tiegħu biex jiġi arrestat u ċempel lill-Maġistrat Victor Axiaq biex jgħidlu x’ġara. Minn naħa tiegħu ħatar diversi esperi mediċi fosthom it-tabib Mario Scerri u esperti oħra. Aktar tard mar fuq il-post il-Maġistrat fejn raha x-xena tad-delitt hekk kif iż-żewġ vittmi ttieħdu l-isptar, tnejn bniet minuri.

Ommhom marret ma wlieha l-isptar Mater Dei b’ambullanza. Il-Maġistrat ordna biex ħuhom it-tifel jittieħed l-Għassa tal-Marsa biex jagħti l-verżjoni tiegħu. Qal li sema’ xi passi u x’ħin ħareġ biex jara x’ġara u rrakkonta raha lill-akkużat jagħti daqqiet ta’ sikkina lil oħtu. Ma kienx jaf fejn laqatha u li kien taha diversi daqqiet.

Qalilhom li kien hemm oħtu l-oħra u li kienet rieqda u x’ħin qamet marret biex teħodlu s-sikkina fejn ukoll ta biha. Waslet ukoll iz-zija tiegħu li ħadet ħsiebu hi. Ix-xhud qal ukoll li l-Pulizija tkellmu mas-social workers fuq il-każ.

Wara mar l-isptat Mater Dei fejn waħda mill-bniet inżammet f’sala fejn kienet qed tiddewwa. Oħrha kienet ġiet operata mill-ewwel. Fuq il-post l-isptar Mater Dei kien ukoll l-Ispettur Wayne Camilleri mill-iskwadra tal-omiċidju. Ittieħdet ukoll il-verżjoni tal-omm iżda hu ma kienx preżenti.

Wara nofs inhar kien ġie infurmat mill-Għassa ta’ Bormla kienu arrestaw lil Dalli fejn hu nfurmahom sdwar id-drittijiet tiegħu u biex jittieħed id-depot u jkollu għassa miegħu u li wara jittieġdulu xi swabs. Ma’ Dr. Mario Scerri invistah u ħadlu xi ritratti tal-ġisem tiegħu.

Aktar tard tard itteħdu xi samples tad-dwiefer u ġew elevati l-ħwejjeġ tal-akkużat. Ix-xhud qal li baqa’ f’kuntatt mal-Maġistrat. L-għada filgħodu 10 ta’ Marzu fis-7am. kien ittieħed l-isptar għax kien qed iħoss xi wġiegħ f’sidru.

Is-sikkina li ntużat kienet kbira

U hu l-Ispettur Camilleri komplew jinvestigaw fejn sabu żewġ mobiles fejn seħħ l-inċident u hu mill-ewwel informa lill-espert Martin Bajada biex jiġbor xi nformazzjoni minnhom. Kienu rrilaxxaw lil Dalli mill-arrest għal ħabta tal-5.10pm tal-11 ta’ Marzu, 2024 fejn setgħu jżuruh membri tal-familja tiegħu. Wara reġa’ ġie arrestat fejn ittieħditlu stqarrija.

Fil-11 ta’ Marzu stess fil-preżenza ta’ l-Ispettur Wayne Camilleri u l-Avukat Arthur Azzopardi ittieħditlu stqarrija awdjo viżiva. Fil-Qorti x-xhud ippreżenta ċertifkati mediċi tal-bniet, waħda kellha ġrieħi gravi u ta’ oħtha ta’ 12-il sena, wkoll bi ġrieħi gravi u anke kienet fil-periklu tal-mewt.

L-għada Dalli kkonferma li meta seħħ id-delitt filgħodu kmieni fil-5.30am tad-9 ta’ Marzu qal li wara li kien qagħad fi stabbiliment f’Marsakala ma’ familjari u ħbieb fejn ikkonferma li ħa xi sustanzi pprojbiti. Wara mar f’bar ieħor fiż-Żejtun fejn ħadu xi sustanzi. Wara ftehim ta’ xi flus ħa aktar sustanzi u minn hemm il-quddiem ma jiftakarx x’seħħ aktar.

Wara ġie deċiż li jittieħdilu kampju tal-urina. L-għada ittieħdet stqarrija oħra mill-Ispettur Wayne Camilleri u wara spiċċa biex tressaq il-Qorti. Mistoqsi mill-prosekuzzjoni huwa qal li s-sikkina kienet bil-manku u kbira mhux ħażin, madwar 30 ċentimetru. Ix-xhud qal li fil-bar taż-Żejtun wieħed minn dawk preżenti waddablu xi ħaġa fid-drink.

It-tifel rrakonta x’kien ra quddiem għajnejħ

L-Ispettur qal li meta ħa l-istqarrija tat-tifel fl-għassa, huwa qal li kien id-dar u sema’ kommossjoni u passi. Qal li x’ħin ħareġ biex jara x’ġara ra lill-akkużat jagħti bis-sikkina lil oħtu. Spjega li Dalli taha diversi daqqiet. Qal li kien hemm oħtu l-kbira li kienet rieqda u x’ħin semgħet il-kommossjoni qamet biex twaqqfu milli jkompli jagħti lill-oħtha. It-tifel qal li l-akkużat dar għaliha u beda jagħtiha bis-sikkina.

Xehdet ukoll ukoll Fatima Kablan tabiba fid-dipartiment tal-emerġenza tal-isptar Mater Dei li qalet li hi eħamit lit-tifla ta’ 15-il sena li kellha xi ġrieħi fuq in-naħa tax-xellug ta’ dirgħajha. Dawn kienu ġrieħi ta’ diversi ċentimentri u li kull ma qaltilha hu li kienet weġġgħet b’sikkina.

Xehed ukoll is-Surġent Damian Galea li qal li fid-9 ta’ Marzu wara nofs inhar l-għassa tal-Ħamrun kienet infurmata li kien seħħ inċident u marru fuq il-post fejn kien hemm grupp ta’ persuni jagħmlu sinjal lil Pulizija u raw tifel barra u kif rahom beda jxejjer.

It-tifel ma kienx liebes żarbun u kien liebes ħwejjeġ tas-sajf. It-tifel kellu xi demm imċappas miegħu. “It-tifel qalli li kien daħal l-eks partner ta’ ommu, u beda jagħtihom bis-sikkina. Dak il-ħin it-tifel imbotta is-sufan ghal fuq l-imputat u ħarab mir-residenza” qalet ix-xhud.

Bdiet iżżommilha l-feriti u tifla oħra tiġġieled għan-nifs

Kompliet tgħid li l-akkużat ħarab minn fuq il-post, bit-tifel jerġa jidħol id-dar u jara l-istess xena li spjega l-Ispettur qabel.  “Tlajna it-taraġ u smajna persuna tokrob bl-uġiegħ, apparti t-taqlib li kien hemm rajt tifla zgħira mimlija bid-demm u tlabt pulizja biex tigi l-assistenza medika.

“It-tifla kellha diversi feriti ma’ ġisimha kollu u kellha ferita fonda taħt il-kustilji f’dirajgħa, f’darha u f’żaqqha. Waqt li kont qed nipprova nżommilha il-feriti mid-demm, smajt perusna oħra tiġġieled għan-nifs bħal xi ħadd qisu qed jegħreq.

“Pulizija ohra telgħet fuq ħdejn it-tifla, kemm il-washroom u anke fuq il-bejt u din etkien miksija bid-demm. Iż-żgħira ġiet mgħobbija fuq ‘strecher’ u kellhom iqabbdulha ċilindru u jagħtiha n-nifs. Warw xehdet il-Kuntistabbli Ramona Magro li qalet” “fid-9 ta’ Marzu irċevejna telefonata fl-għassa tal-Ħamrun.

“X’ħin tlajna it-taraġ rajt lit-tifla tokrob bl-ugigħ. Infurmawni li kien hemm tifla oħra fuq il-bejt. kellha demm u kienet fuq it-tromba tal-bejt fir-rokna u tgħajjat, din kienet it-tifla l-kbira. Kellha diversi feriti li waħda minnhom bdiet tidrilha l-ghadma”, qalet ix-xhud.

Il-prosekuzzjoni fil-bidu tas-seduta qalet li kellha tmien xhieda għal jum tal-Ġimgħa biex jagħtu d-depożizzjoni tagħhom, fosthom it-tifel. U li t-tifel kien importanti minħabba l-prima facie. Hawn f’verbal li għamlet id-difiża qalet li ma kinitx se tikkontesta l-istadju tal-prima facie

Imqarr jekk jixhed wieħed mill-Pulizija li nvestigaw il-każ. Dan ikun biżżejjed biex il-Qorti tiddikjara li hemm biżżejjed provi biex Dalli jitqiegħed taħt att ta’ akkuża, qalet id-difiża. Il-prosekuzzjoni qalet qed tispera li sas-seduta li jmiss l-inkjesta tkun magħluqa. 

Il-Qorti ma qablitx fuq dan fejn qalet li ma timmaġinax li l-inkjesta tkun magħluqa qabel nofs April. Wara ħafna battibekki bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni fejn l-Avukati tal-AĠ qalu li membri tal-familja tal-akkużat għamlu bullying fuq omm it-tfal fuq Facebook.

L-Avukati Mario Mifsud u Arthur Azzopardi qalu li kien hemm priġunier li pprova jħebb għall-akkużat fil-ħabs. Wara li reġgħet issemmiet il-prima facie, d-difiża qalet li kienet qed iserraħ lil kulħadd li qabel ma jixhdu t-tliet minuri lanqas se jagħmlu rikors għall-pleġġ.

Il-prosekuzjoni talbet lill-Qorti biex toħroġ ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-omm u wliedha. Id-difiża minn naħa tagħha opponiet it-talba minħabba li din saret meta l-imputat għadu miżmum taħt arrest u li dan jfisser li l-AĠ m’għandux fiduċja fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għax dawn huma f’pożizzjoni li jieħdu ħsieb il-priġunieri.

Il-Qorti qalet li taqbel mal-prinċipju tad-difiża li la darba l-imputa jibqa’ taħt arrest arrest preventiv, m’għandhiex tilqa’ t-talba ta’ ordni ta’ protezzjoni u dan għaliex il-movimenti tiegħu suppost jkunu kontrollati mill-awtoritajiet tal-ħabs.

Pero biex jiġi evitat kull dubju li jekk l-awtoritajiet ma’ jagħmlux id-doveri tagħhom il-Qorti qalet li qed toħroġ l-ordni ta’ protezzjoni skont il-liġi. Il-Qorti ordnat ukoll lill-akkużat li sas-sentenza finali ma jistax bl-ebda mod jagħmel kuntatt b’kull mezz mal-allegati vittmi.Il-Qorti ordnat kommunika dwar dan lill-Kummissarju tal-Pulizija.

L-Avukat Arthur Azzopardi qal li qabel ma jixhdu l-minuri d-difiża għandu jkollha rapport tal-inkjesta u għaliex l-istess minuri, jiġifieri t-tifel xehed fl-inkjesta u li għalhekk l-istess difiża ma tistax tagħmel il-kontro-eżami dwar ix-xhieda tiegħu.

L-Avukat Azzopardi qal li dan ukoll jgħodd għal oħtu. Qal ukoll li t-tifel jista’ jinġieb jixhed skont il-konvenzjoni l-ġdida hija biss għal fini tal-kontro-eżami u mhux qabel ma tingħalaq l-inkjesta. Dan jinsab ċar skont il-liġi, qal id-difensur.

Fid-dawl tar-rikors ippreżentat il-Ħamis biex jixhed it-tifel id-difiża qalet li qed topponi din it-talba peress li x-xhud ddepona fl-inkjesta Maġisterjali u skont il-liġi huwa prekluż li jixhed għal fini tal-eżami sakemm ma jiġux sewiti d-dettalji tal-istess artiklu. Id-difiża ma tistax tikkontrolla x-xhieda tiegħu għax m’għandha l-ebda kopja ta’ dak li xehed fl-inkjesta, qalet id-difiża.

“Kemm raha agħar it-tifel affarijiet isiru b’ħafna kokaina għaddejja fid-dar – b’ommu tgħaddi d-droga lill-akkużat.” Hekk irrimarka l-Avukat Mario Mifsud fl-awla numru 3 tal-Qorti meta l-prosekuzzjoni qalet kemm hi mportanti x-xhieda tat-tifel li raha lil ħuti jsofru minn daqqiet ta’ sikkina.

Dan wara li l-prosekuzzjoni riedet li t-tifel, li jiġi ħu ż-żewġ bniet li qalgħu daqqiet ta’ sikkina jixhed fl-ewwel seduta. Id-difiża qalet li dan ma setax isir peress li m’għandhiex f’idejha x-xhieda fl-inkjesta tiegħu li għadha mhux magħluqa.

L-Avukat Mario Mifsud qal li min jilgħab man-nar jinħaraq u hekk ġara. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat Mars-Anne Farrugia bdiet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Nazzareno Dalli ta’ 43 sena minn Bormla akkużat bl-attentat ta’ qtil taż-żewġt ibniet tar-rispett tiegħu nhar id-9 ta’ Marzu filgħodu.

Dalli qed jiġi mixli wkoll li attakka lit-tfajliet, li kkawżalhom feriti gravi u li żammhom kontra r-rieda tagħhom. Qed jiġi mixli wkoll li ġarr oġġett li jaqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja, pussess ta’ droga, li ħadem illegalment bħala gwardjan privat u li sar reċediv.

Dalli qed iwieġeb mhux ħatja tal-akkużi. It-tifla ta’ 15-il sena, weġġgħet f’idejha filwaqt li żagħżugħ ta’ 14-il sena li kien preżenti wkoll dak il-ħin ma weġġax iżda aktar tard ġie kkurat għal xokk. L-omm ma kinitx id-dar dak il-ħin.

Is-suspettat kien ħarab minn fuq il-post qabel ma waslu l-pulizija iżda kien inqabad ftit wara f’Bormla. L-Avukati Etienne Savona u Manuel Grech f’isem l-Avukat Ġenerali qed imexxu l-prosekuzzjoni, flimkien mal-Ispetturi tal-Pulizija Ian Vella u Wayne Camilleri. Għal Dalli qed jidhru l-avukati Arthur Azzopardi, Franco Debono, Mario Mifsud, Nicholas Mifsud u Jacob Magri. Il-każ se jkompli fid-29 ta’ April fit-3pm.