Lokali

L-SMEs b’attività dwar l-inklużjoni u l-innovazzjoni b’attendenza ta’ ‘il fuq minn 150 mara

Il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji tellgħu attività b’suċċess flimkien ma’ Social Hub Entrepreneurs (SHE) f’Teatru Manoel fejn ġew diskussi l-inklużjoni u l-innovazzjoni fin-negozju.

Għall-attività bl-isem ta’ ‘Creative Diversity: Empowering Business through inclusion and innovation’ attendew ‘il fuq minn 150 mara fejn matul żewġ panels ġiet indirizzata t-tema ‘Inspire Inclusion’ għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa 2024.

Kull persuna li tkelmet qasmet l-esperjenza tagħha fis-settur li hi involuta fih u l-isfidi li tul is-snin setgħet iltaqgħet magħhom bħala mara.

Bħala mezz ta’ divertiment kien hemm diversi nisa li kantaw jew daqqew, fosthom Veronika Heinle u The New Victorians.