Nhar is-Sibt 23 ta’ Marzu se ssir l-ewwel mixja Bibblika fis-Siġġiewi bl-isem ‘Passejn ma’ Kristu’. Fejn numru ta’ residenti mis-Siġġiewi flimkien mal-Banda San Nikola, is-Siġġiewi Scouts Group u numru ta’ residenti mid-Dar tal-Providenza u mid-Day Centre se jkunu qed jieħdu sehem fil-Pageant tal-Ġimgħa l-Kbira.
Din il-mixja inklussiva se tkun qed tibda minn Pjazza San Nikola, u flimkien dawk kollha preżenti se jimxu lejn Triq il-Parroċċa, Triq Santa Margerita, Triq San Nikola u jerġgħu jtemmu din il-mixja fi Pjazza San Nikola.
//= $special ?>