Bħalma jiġri f’ħafna postijiet tax-xogħol f’pajjiżna, anke fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista saret quddiesa fl-okkażjoni tal-jum tad-Duluri, immexxija minn Fr Mark Enriquez.
Preżenti għal din il-quddies kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech kif ukoll is-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino. Attendew ukoll impjegati tal-Partit Nazzjonalista u tal-kumpanija Media.Link Communications.
Iċ-ċelebrazzjoni tad-Duluri tagħti bidu għall-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa, li jkomplu nhar il-Ħadd bil-Festa ta’ Ħadd il-Palm u li jilħqu l-qofol tagħhom f’Jum il-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir.
//= $special ?>