Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista qal li wara li Robert Abela ilu għal dawn l-aħħar ġimgħat jigdeb u jakkuża lill-Partit Nazzjonalista li jrid il-gwerra minħabba li qal li l-Ewropa trid tinvesti fid-difiża tagħha, illum fi Brussel Robert Abela ivvota biex l-Ewropa “iżżid sostanzjalment l-ispiża tagħha fid-difiża”.
Il-Partit Nazzjonalista komplajg]id li Robert Abela f’Malta jagħżel li jivvinta u jigdeb fuq l-avversarji politiċi tiegħu biex jipprova jostor il-problemi tiegħu.
Robert Abela f’Malta jigdeb u jgħid mod imbagħad fi Brussell jagħmel kompletament l-oppost.
Il-poplu Malti jixraqlu rappreżentanti konsistenti li jinteressahom mill-imteress tan-nies u mhux moħħhom biss biex ikunu populisti billi f’Malta jgħidu mod u fi Brussell jagħmlu l-oppost.
//= $special ?>