Sport Sport Ieħor

Snooker: Brian Cini jikseb post mal-aħħar 16 fil-Kampjonat Ewropew Individwali

Il-Kampjonat Ewropew Indiviwali tal-Irġiel tas-Snooker li qed isir f’Sarajevo, l-Bosnja-Ħerżegovina daħal fil-fażi tan-knock out u mis-sitt Maltin li għaddew għal din il-fażi Brian Cini rrnexxielu jikseb post mal-aħħar 16 fejn waqt il-logħba tiegħu mill-aħħar 64 għamel it-tieni l-aqwa break tal-kompettizjoni b’punteġġ ta’ 137.

Isaac Borg safa’ eliminat wara li tilef kontra tal-Ukranja Matvei Lagodzinschii 4-2. Arthur Cachia għeleb lil Bulgaru, Viktor Ivanov 4-2, Chris Peplow rebaħ kontra Jonni Fulcher tal-Iżvizzera 4-1 filwaqt li Alex Borg daħal ukoll mal-aħħar 64 wara rebħa tajba ta’ 4-2 kontra Michal Frank tas-Slovakkja.

Iż-żewġ veterani Maltin ġew eliminati. Arthur Cachia tilef kontra l-Pollakk, Antoni Kowalski 4-1 filwaqt li Alex Borg tilef kontra l-Irlandiż Rodney Goggins 4-1. Aaron Busuttil, Brian Cini u Chris Peplow rebħu u kisbu post mal-aħħar 32. Peplow kellu rebħa ta’ 4-2 kontra l- Pollakk, Mateusz Baranowski. Ic-champion Malti, Busuttil, għeleb lil Andrejs Pripjoks tal-Latvja wara skor ta’ 4-3.

Cini kontra Ales Herout tar- Repubblika Ċeka wera l-aqwa l-logħob tiegħu partikolarment fil-ħames frame meta għamel clearance bi break ta’ 137 punt. Aaron Busuttil tilef 4-0, kontra l-Irlandiż Rodney Goggins filwaqt li Chris Peplow tilef kontra l-Franċiż Brian Ochoiski 4-2 filwaqt li Brian Cini għeleb lil Raymond Fry tal-Irlanda ta’ Fuq, 4-2 u sab postu mal-aħħar sittax.