Lokali

Studenti Maltin b’suċċess mill-aqwa f’RomeCup 2024

Numru ta’ studenti tas-Savio College ġabu l-ewwel, it-tieni u anke t-tielet post fil-kompetizzjoni RomeCup 2024 – kompetizzjoni magħrufa għall-ħila fir-Robotics.

L-organizzaturi ta’ RomeCup ilhom jtellgħu din l-attività mill-2007 fejn jiġbru numru ta’ skejjel, ċentri ta’ riċerka, kumpaniji, universitajiet u instituzzjonijiet f’kompetizzjoni għall-aqwa robots li jaħdmu bl-intelliġenza artifiċjali.

B’din is-sena spikkaw it-talenti tal-istudenti Maltin li għamlu unur mill-isbaħ lil pajjiżna bir-riżultati spettakolari li ġabu.