Tinkixef l-ipokrezija ta Robert Abela hekk kif wara ġimgħat jipprova jifred lill-pajjiż u jbeżża lin-nies, kien il-Prim Ministru stess li – kontra l-istqarrija li ħareġ – qabel mal-mexxejja Ewropej fuq l-infiq għad-difiża.
Il-konklużjonijiet maqbula mill-mexxejja tal-Istati Membri, inkluż Robert Abela, jgħidu li “l-Unjoni Ewropea hija impenjata li żżid it-tħejjija u l-kapaċitajiet tad-difiża ġenerali tagħha biex tlaħħaq mal-ħtiġijiet u l-ambizzjoni tagħha fil-kuntest ta’ theddid u sfidi ta’ sigurtà li qed jiżdiedu.”
Fi kliem sempliċi, dan iwaqqa’ kompletament ir-retorika partiġġjana tal-Prim Ministru, li ilu ġimgħat sħaħ ibeżża’ lill-partitarji tiegħu u joħloq fake news dwar is-sigurtà fl-Ewropa; tant li spiċċa jdawwar temi sensittiva immens f’ballun politiku – sempliċiment biex jipprova jiskorja punti politiċi qabel l-elezzjonijiet ta’ Ġunju.
Fil-Kunsill tal-bieraħ, Robert Abela ffirma biex tiżdied it-tħejjija u preparazzjoni tad-difiża tal-UE, minħabba dak li l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel sejjaħ “it-theddida li għandna quddiemna”.
Fuq Twitter, Charles Michel spjega li l-Kunsill Ewropew kellu tliet għanijiet:
- Appoġġ lill-Ukrajna issa stess;
- Nefqa aħjar u aktar malajr;
- Aċċess aktar faċli għal finanzjament pubbliku u privat għas-settur tad-difiża.
Hawn, issibu parti mill-kunklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li tlaqqa’ fi Brussel f’dawn il-jumejn
//= $special ?>