Lokali

Il-Malta Women’s Lobby b’kundanna għas-sistema tal-Qrati

Is-sistema qed turi nuqqas ta’ sostenn u insensittività kbira. Hekk saħqet il-Malta Women’s Lobby b’rabta mal-każ xokkatni li seħħ fid-9 ta’ Marzu fil-Marsa fejn żewġ minorenni  ġew aggrediti b’sikkina mill-eks sieħeb ta’ommhom…b’tifla ta’ 12-il sena tispiċċa fil-periklu tal-mewt.

Fi stqarrija ppubikata s-Sibt, il-Malta Women’s Lobby, b’referenza għall-kumpilazzjoni tal-evidenza tal-aggressjoni li seħħet fil-bidu ta’ dan ix-xhar fil-Marsa, stqarret illi s-seduta tal-Qorti li saret l-Ġimgħa waranofsinhar, kixfet aspetti xokkanti f’dan l-istess każ.

Speċjalment fid-deċiżjoni tal-Qorti li ma tinħariġx ordni ta’ protezzjoni fil-konfront taż-żewġ vittmi u ommhom.

Il-Lobby tenniet illi ordni ta’ protezzjoni tinħareġ sabiex tisgura sigurtà lill-vittmi filwaqt li toffri serħan il-moħħ lill-istess vittmi. Spjegat ukoll illi tippreveni milli jiġru reati oħra fil-konfront tal-vittmi dan filwaqt li tenniet illi l-liġi ssib li ordni ta’ protezzjoni toffri ukoll paċi pubbliku.

Fl-istqarrija il-Malta Women’s Lobby tenniet illi dan l-attentat ta’ qtil huwa wieħed kontra l-pubbliku ukoll. Fejn spjegat fatt ieħor li kien li l-ulied u ommhom kienu mġiegħla jixhdu fil-Qorti minflok b’konferenza vidjow wara trawma bħal din….turija ċara tan-nuqqas ta’ sensitività fis-sistema Maltija.