“Il-proposta ta’ bini ta’ triq li twassal għal Smart City u li se tieħu 80 elf metru kwadru ta’ art hija riżultat ta’ viżjoni soċjali mirduma taħt l-interessi tal-ftit”. Dan stqarrietu l-ADPD fi stqarrija li ħarġet is-Sibt waranofsinhar fejn tenniet illi t-triq li twassal għal Smart City u li se tkun qed tieħu ħafna art agrikola hija proposta li tiswa biss għal min qed iħaxxen butu.
F’din l-istqarrija sostnew li l-pajjiż li qed iżid 30 karozza kuljum fit-toroq tiegħu, l-aħħar ħaġa li jrid jagħmel huwa li jkompli jsostni din iż-żieda flok ma jinvesti fi ppjanar għal trasport alternattiv.
Intant, huma sostnew li t-tfal u l-familji minn nofsinhar ta’ Malta għandu jkollhom il-jedd tal-ħin ta’ kwalità iqattgħu fl-arja u l-ftuħ mhux fl-għeluq ta’ kumpless kummerċjali f’binja li serqet biċċa oħra mit-tgawdija tal-pubbliku. Fejn tennew illi l-bini ta’ din it-triq se sservi biss biex taqdi lil min minn Smart City qed iħaxxen butu.
L-ADPD fakkur ukoll fl-ispekulazzjonijiet rampanti ta’ Smart City bl-approvazzjonijiet mill-Awtorità tal-Ippjanar ta’ 400 appartment lussuż fix-Shoreline li għadu kemm ġie inawgurat, u l-approvazzjoni ta’ lukanda ta’ 11-il sular u bija ta’ 128 appartament f’Awwissu tal-2023 fuq l-istess art fost żviluppi oħrajn.
//= $special ?>