Internazzjonali

Ir-Russja: Jitkellem Putin dwar il-massakru tal-Ġimgħa f’Moska…

Tkellem issa l-President Russu Vladimir Putin li għall-ewwel darba indirizza l-massakru tal-Ġimgħa bil-lejl fil-kumpless tal-kunċerti ta’ Moska u li rriżulta f’għexieren ta’ mejtin u midruba.

U minkejja l-istqarrijiet tar-responsabbiltà mill-ISIS, Vladimir Putin ipprova jipponta subgħajh lejn l-Ukrajna — fost l-insinwazzjonijiet li l-Ukreni setgħu kienu involuti ‘fl-attakk terroristiku barbaru’ fuq iċ-ċivili fil-kapitali.

Waqt id-diskors lill-pajjiż, Putin deher viżibbilment furjuż waqt li tenna li kulmin kien involut fit-terrur irid jinstab u jieħu li ħaqqu.

Hu, intant, iddikjara l-Jum tal-Ħadd (għada) bħala wieħed ta’ Luttu Nazzjonali fir-Russja.

Fl-istess ħin Putin sostna li erba’ persuni li kienu ‘mill-aktar strumentali’ fl-attakki tal-Ġimgħa qed ikunu interrogati mill-Pulizija ta’ Moska.